L-Artista tal-Kitba Kreattiva

Maria Pace hija għalliema li għallmet f’ħafna skejjel, kemm tal-istat kif ukoll tal-knisja. Is-suġġett favorit tagħha hu l-Ingliż iżda għallmet ukoll ħafna suġġetti  oħra bħall-Ġografija, l-Istorja u l-Istudji Soċjali. Hija speċjalizzat ukoll  fit-tagħlim tal-kitba kreattiva u għenet ħafna tfal u żgħażagħ jaraw il-kitba bħala attività tal-gost għax jesprimu ruħhom fiha. Fil-klabb ‘Wara l-Kantuniera’ li qed isir bħalissa fil-Fortini, numru żgħir ta’ studenti mill-kulleġġ Sta Margerita qed jiltaqgħu kull nhar ta’ Erbgħa wara l-iskola u jehdew fil-kitba kreattiva għal sagħtejn sħaħ.

Share Button