Id-Direttur Artistiku

Charlot Cassar huwa l-kap ta’ waħda mill-iskejjel primarji fil-Kulleġġ Santa Margerita. Huwa għandu esperjenza twila fil-kamp artistiku, kemm bħala għalliem tal-arti kif ukoll bħala artist.

Charlot studju l-arti minn eta’ bikrija. Beda f’dik li llum hija l-iskola tas-subien tal-Verdala biex imbagħad kompla jispeċjalizza fl-arti u l-edukazzjoni ġewwa l-Universita’ ta’ Malta minn fejn igradwa bħala għalliem fl-1996. Charlot ilu minn dak iż-żmien jaħdem it-tafal filwaqt li kompla l-istudji tiegħu fil-livell ta’ Masters.

Minn barra diversi wirjiet personali li l-artist kellu f’dawn l-aħħar snin, huwa kien ukoll responsabbli minn diversi wirjiet u proġetti, fosthom Art Encounters, Proġett Kreattiv li ttella’ fl-iskola Primarja ta’ Bormla fis-sena 2011/2012.

Share Button