L-Artista tad-Drama

Isabella Attard hija għalliem u għanda diversi esperjenzi kemm fl-iskejjel tal-primarja kif ukoll dawk sekondarji.  Fl-1996, saret għalliema tal-Ingliż għall-istudenti barranin. Fil-fatt għamlet perjodu qasir tgħallem Spanja u l-Ingilterra.

Isabella ilha involuta fit-teatru għal iktar minn għoxrin sena bħala attriċi u wara l-kwinti. L-iktar xogħol riċenti li ħadet sehem fih kien fil-produzzjonijiet, ‘A Midsummer Night’s Dream’, ‘The Two Gentelmen of Verona’ u ‘Ospizio’. Barra minn hekk Isabella għandha għal qalbha t-tgħallim tad-drama. Infatti għamlet perjodu ddur l-iskejjel primarji timplimenta programm immirata għat-tfal f’isem l-Akkademja Helen O’ Grady.

Share Button