L-Artist tal-Arti

Stefan De Battista studja fl-Iskola tal-Arti De La Salle fil-belt Valletta taħt il-gwida ta’ Michael Mifsud. Kompla l-istudji tiegħu f’ Salvatore Dimech, School for Art and Crafts (Targa Gap) Mosta, Malta. Ħa bosta  lezzjonijiet mingħand l-artist famuż Twanny Darmanin. Huwa gradwa b’diploma mill-MCAST fl-Istitut tal-Arti u Disinn.

Stefan, fil-preżent qed jaħdem fuq bosta kummissjonijiet, filwaqt li qed ikompli jiżviluppa x-xogħol tiegħu b’metodi esperimentali u kontemporanji.

Dan huwa t-tielet proġett tax-xorta tiegħu fejn qed jaħdem maż-żgħażagħ. Wieħed jista’ jżur is-sit ta’ Stefan biex jara aħjar ix-xogħol artistiku tiegħu. http://stiefnu.com/

Share Button