L-Artisti

F’dan l-proġett l-Kulleġġ qiegħed jaħdem ma’ erba’ artisiti lokali. Charlot Cassar huwa d-direttur artistiku tal-proġett. L-idea tiegħu hija l-permezz ta’ dawn id-dixxiplini artistiċi ż-żgħażagħ li qegħdin jieħdu sehem iwesgħu l-ħsieb kreattiv kif ukoll l-ħila.

Infatti l-artisti li qegħdin jieħdu ħsieb il-gruppi tad-drama, kitba kreattivà u l-arti barra li għandhom esperjenza fil-qasam rispettiv huma ukoll interessati li jaraw iż-żgħażagħ jaħsbu b’mod iktar oriġinali u bi ħsieb iktar profond.

Isabella Attard u Maria Pace fis-sena skolastika 2011/2012, ħadu sehem fil-proġett kreattiv Art Encouters li sar fl-iskola primarja ta’ Bormla. Min-naħa l-oħra Stefan De Battista kien involut fil-proġett li sar mill-Kulleġġ When Art Meets Acting fl-istess sena skolastika.

Share Button