Wara l-Kantuniera

Il-Kulleġġ Santa Margerita matul is-sena skolastika 2012/2013  nieda proġett ġdid wara l-ħin tal-iskola. Dan il-proġett għandu x’jaqsam mal-kreattivita u ko-finanzjat mill-Ministeru tat-Turizmu, il-Kultura u l-Ambjent taħt l-iskema Kreattiv. L-isem ta’ dan il-proġett huwa Wara l-Kantuniera.

Wara l-Kantuniera qed jiffoka fuq tliet oqsma li huma d-drama, il-kitba kreattiva u l-arti. Il-parteċipanti għażlu wieħed minn dawn l-oqsma u flimkien ma’ artisti professjonali fl-oqsma rispettivi qegħdin iwessgħu l-ħiliet tagħhom. Hija x-xewqa tagħna li l-parteċipanti jipproduċu kitbiet qosra, sketch u wirja tal-arti li ser jittellgħu ta’ Mejju 2013.

Madwar 50 żagħżugħ/a qegħdin jieħdu sehem f’dan il-proġett. Is-sessjonijiet isiru fl-iskola tal-Fortini kull nhar ta’ Erbgħa bejn it-3:15 u 5:15 ta’ wara nofs in-nhar.

Share Button