Arti

Il-grupp tal-arti qegħdin jaħdmu ma’ artist żagħżugħ bl-iskop li jistimulaw il-kreattività tagħhom. L-arti kreattiva trid ħafna ħsieb u kemm jista’ jkun tmur ‘l bogħod minn dak li hu ovvju. Dan il-proċess beda billi l-parteċipanti bdew ipenġu affarijiet varji bħal still life, shading u temi relatati man-natura. L-artist matul dawn is-sessjonijiet idur mal-parteċipanti u jgħinhom jiskopru jew itejbu t-teknika ta’ kif dak li għandhom f’moħħhom jistgħu jpinġuh billi jurihom modi differenti.

nivo slider image nivo slider image nivo slider image nivo slider image

Fl-aħħar tal-proġett dawn iż-żgħażagħ ser ikunu qegħdin jipproduċu istallazzjonijiet bit-tema tal-isem tal-proġett, jiġifieri Wara l-Kantuniera. Dawn l-istallazzjonijiet ser ikunu qegħdin jirrakkuntaw ħsieb jew storja li kull min jarahom jista’ jagħtihom l-interpretazzjoni tiegħu u b’hekk jistimulaw il-kreattività fil-bqija tal-pubbliku.

 

Share Button