Il-Birġu ta’ Darren Zammit

Illum mort il- Birgu. Kienet ġurnata sabiħa imma kienet naqra imsaħħba u kien hemm il- bard. Ix- xemx tgħammxek u tirrifletti fil- baħar fejn kien hemm ammont ta’ dgħajjes u jottijiet li ma tgħoddhomx. Il- baħar kien kalm daqs iż- żejt.

Fil- bogħod tista’ tara l- għasafar u s- sigar. Kien hemm ftit karozzi għaddejjin li bdew jiksru l- paci u bdew jaħsduni. Faċċata nista’ nara ir- restorant favorit tieghi li jismu ‘Cargo’. Illum magħluq għax qegħdin jibnu fuqu. Hdejh hemm ir- restorant ‘Tate’ fejn hemm xi nies jieklu barra. Kultant nara xi ajruplan jittajjar fis- sema. Nista’ nara s- swar u d- djar  antiki tal-Birgu iddekorati b’ arkitettura ta’ żmien il- kavallieri. Fil- viċin nista’ nara xi pjanti u siġar li fl- opinjoni tiegħi ma jaqblux mal- post.

F’ ħalqi għandi t- togħma tal- ġelat li kont għadni kif kilt ftit minuti qabel. Bdejt niddejjaq għax kelli l- basket tal- iskola fuq dahri li kelli nġorru mill- iskola tiegħi sal- Fortini u beda’ jweġgħali dahri għax kelli ħafna affarijiet fih peress li ma nħalli xejn fil- ‘locker’ għax nibża’ li jkissruwuli u jisirqu kollox. Fil- Birgu ħassejtni kalm għax kien hemm ħafna paċi u skiet.

Share Button

Comments are closed.