Il-grupp tad-drama mil-lenti ta’ Ryan Azzopardi

F’isem il-grupp tad-drama, aħna l-istudenti nixtiequ nirringrazzjaw lil kull min ħa ħsieb biex dan il-grupp iseħħ. Nistgħu ngħidu li f’dawn ix-xhur aħna sirna familja waħda u għamilna ħafna ħbieb. M’hemmx kliem biex nirringrazzajw lill-għalliema Ms Isabella li permezz tagħha għelibna dik il-mistħija li kellna fil-bidu li bdejna dan il-kors. Għadna niftakru l-ewwel ġurnata li ġejna għall-kors,  konna mistħijin u ma konniex nafu lil xulxin minħabba li ġejjin minn skejjel differenti. Nagħmlu ħafna  affarijiet biex inkunu nistgħu nieħdu gost u nistgħu nitgħallmu ħafna minnhom. Bħalissa qegħdin naħdmu fuq  ir-rexta li kull sena ntellgħu fl-aħħar tal-proġett. F’din ir-rexta nkunu nistgħu nuru l-kapaċitajiet u l-abbiltajiet li ħadna mill-kors. Ukoll nistgħu ngħidu li permezz tad-drama sirna nafu iktar fuq id-drama.  Aħna tad-drama nixtiequ ngħidu grazzi lil kull min ħa ħsieb biex ikun jista’ jittella’ dan il-proġett. Grazzi  ħafna.

Share Button

Comments are closed.